Mill-14 sas-16 ta’ Ġunju, delegazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew għall- Monitoraġġ tal-Qafas tal-UNCRPD tal-Unjoni Ewropea ser tingħaqad mal-15 -il sessjoni tal-Konferenza tal-Istati Partijiet għas-CRPD (COSP15) li ser issir fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
Il-MPE Alex Agius Saliba ġie nnominat mill-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi li jifforma parti minnu, bħala wieħed minn seba’ Membri tal-Parlament Ewropew minn tliet Kumitati Parlamentari li se jieħdu sehem fil-Konferenza tal-Istati Partijiet għall-UNCRPD fi New York, iġifieri l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet.
Fil-bidu tal-leġiżlatura tiegħu, il-MPE Laburista Agius Saliba ġie nnominat bħala rappreżentant tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet fuq il-Monitoraġġ tal-Qafas tal-UNCRPD tal-Unjoni Ewropea
Bħala rappreżentant tal-Monitoraġġ tal-Qafas tal-UNCRPD tal-Unjoni Ewropea fil-Parlament Ewropew, Agius Saliba se jkollu l-opportunità li jiddiskuti ma’ NGOs, entitajiet tan-Nazzjonijiet Uniti, Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem u entitajiet tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti differenti dwar il-bini ta’ soċjetajiet inklużivi u parteċipattivi għal nies b’diżabilità fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID u lil hinn minnha.