Mil-lum wieħed jista’ jixtri l-biljetti mingħand il-kumpanija Ponte Ferries għas-servizzi tagħha li se jibdew mill-ġdid bejn Malta u Sqallija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-kumpanija, li toffri servizz alternattiv lejn Sqallija, se tkun qed terġa’ tibda topera mill-Port il-Kbir fil-Belt Valletta għall-Port ta’ Augusta fi Sqallija.
Il-kumpanija qed taċċetta x-xiri ta’ biljetti għad-dati ta’ Mejju u Ġunju filwaqt xiri ta’ biljetti għal dati bejn Lulju u Settembru se jkunu jistgħu jinxtraw minn tmiem Mejju.
Mill-1 ta’ Lulju, il-katamaran se jkun qed jagħmel traġitti bejn iż-żewġ gżejjer kuljum biex ilaħħaq mad-domanda.