Bosta qed isejħu għal investigazzjoni indipendenti dwar il-qtil tal-ġurnalista ta’ Al Jazeera, Shireen Abu Akleh, li nqatlet ilbieraħ b’tir ġo rasha waqt li kienet qed tirrapporta dwar rejd tal-armata Iżraeljana fix-Xatt tal-Punent.
Kollega tal-ġurnalista, li wkol weġġa’ f’dan l-inċident, qal li fil-ħin tal-każ, ma kien hemm l-ebda ġellieda Palestinjani, fil-fatt saħaq li kieku hu flimkien mal-ġurnalista ma kinux imorru fiż-żona.
Fil-ħin li ġara l-każ, it-tnejn kienu lebsin ilbies protettiv bil-kelma ‘press’ u li għalhekk kellhom identifikazzjoni li kienu ġurnalisti.
Il-mewt ta’ Akleh seħħ sena wara li attakk mill-ajru Iżraeljan qered binja f’Gaża u li fiha kien hemm l-uffiċċji ta’ Al Jazeera, kamra tal-aħbarijiet ibbażata fil-Qatar.