Fil-ġranet li ġejjin, uffiċjali f’Shanghai se jkomplu jissikkaw il-miżuri li daħlu fis-seħħ riċenti minħabba każijiet ġodda ta’ Covid-19.
F’fażi ġdida u iktar iebsa tal-lockdown preżenti, se jkun restritt l-aċċess għall-ikel u l-isptarijiet f’ċertu partijiet ta’ din il-belt.
Mhux se jibqa’ permessibbli li l-ikel jinxtara online biex jasal wara l-bieb, u anki l-aċċess għall-isptarijiet se jonqos ħlief għal emerġenzi.
Ġirien ta’ persuni li jirriżultaw pożittivi għall-Covid-19 u anki oħrajn li jgħixu fl-istess inħawi, qed jiġu sfurzati mill-Gvern biex imorru fil-faċilitajiet tal-kwarantina.
Ir-restrizzjonijiet ġodda f’Shanghai daħlu fis-seba’ ġimgħa tagħhom u m’hemmx pjanijiet li jonqsu jew jitneħħew qabel ma l-każijiet fil-komunità jispiċċaw kompletament.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI