Studju ġdid jissuġġerixxi li jista’ jkun hemm relazzjoni bejn il-bexx mill-ajru biex jinqatlu n-nemus fl-Istati Uniti u żieda fir-riskju li t-tfal idumu biex jiżviluppaw u saħansitra jkollhom l-awtiżmu.
F’dan l-istudju, ippreżentat fil-laqgħa ta’ din is-sena tal-Pediatric Academic Societies, l-awturi jirrapurtaw li t-tfal li jgħixu fl-inħawi fejn bexx bħal dan isir kull sajf, kellhom 25% aktar ċans li jkunu hekk affettwati.
Dr Steve Hicks, viċi professur tal-pedjatrija fil-Penn State College of Medicine qal li l-mod kif il-pestiċida jitferrexx jista’ jkollu sehem kbir f’dan ir-riskju. Madankollu huwa għamilha ċara li l-istudju juri li hemm relazzjoni bejn it-tnejn iżda ma jurix li l-bexxs iwassal beixd it-tfal ikunu awtisiċi.
Fl-Istati Uniti, l-bexx permezz ta’ ajruplani żgħar biex jinqatel in-nemus huwa komuni u se jkompli jiżdied fid-dawl biex jikkontrollaw iz-Zika. L-awturi tar-rapporti jgħidu li dak li waslu għalih s’issa mhux qawwi biżżejjed biex l-awtoritajiet ibiddlu l-mod kif isir il-bexx u wegġħdu li se jkomplu jistudjaw.