Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi l-MDA.
Dan f’waħda minn sensiela ta’ laqgħat li qed ikollu bl-għan li jisma’ dak li għandhom xi jigħidu l-imsieħba soċjali f’pajjiżna.
Fi stqarrija fuq il-profil uffiċjali tiegħu fuq Facebook, il-Prim Ministru Malti tenna li l-prinċipju tad-diskussjoni huwa l-mod ta’ kif tiġi miġġielda l-burokrazija.
Dr Abela rrimarka wkoll kif fid-diskussjoni li kellu mat-tmexxija tal-MDA, huwa sostna li filwaqt li l-Gvern jemmen f’suq tal-proprjetà b’saħħtu dan irid jirrifletti ukoll il-prijoritajiet ġodda li għandu l-pajjiż.