Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel spiċċa jistkenn mill-attakki tar-Russi, hekk kif kien jinsab fil-belt ta’ Odessa, fl-Ukrajna.
Michel żar din il-belt, f’Jum l-Ewropa, fejn iltaqa’ mal-Prim Ministru Ukren Denys Shmygal.
Waqt din il-laqgħa instemgħa air raid, hekk kif kien hemm attakki fiż-żona f’din il-belt li għandha port mill-aktar importanti f’dan il-pajjiż.
Fuq Twitter, il-President tal-Kunsill Ewropew qal kif l-Ukrajna ma tinsabx waħidha u li l-Unjoni Ewropea hija ta’ spalla mal-poplu Ukren.