Fil-Filippini, it-tifel tad-ditattur li mexxa dan il-pajjiż għal għoxrin sena, issa jinsab fil-poter tal-pajjiż.
Ferdinand Marcos Jr rebaħ l-elezzjoni tal-pajjiż b’maġġoranza komda.
Il-President elett il-ġdid tal-Filippini kien eżiljat mill-pajjiż fl-1986, meta l-poplu kien qam kontra t-tmexxija ta’ missieru, iżda rritorna lejn il-pajjiż ħames snin wara.
Mid-disgħinijiet ‘l hawn, il-President il-ġdid tal-Filippini serva kemm fil-Kungress u anki fis-Senat tal-pajjiż.
Il-midja internazzjonali rrappurtat kif Marcos ġab iżjed minn 30 miljun vot, id-doppju ta’ kemm ġab ir-rival tiegħu Leni Robredo.
Waqt il-kampanja elettorali, Marcos, ta’ 64 sena, ikkampanja favur l-għaqda.