Salah Sharif, Libjan ta’ 43 sena, tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal sena wara li nstab ħati li kien hedded u żamm kontra r-rieda tagħhom tifel ta’ 13-il sena u lil missieru f’appartament.
Il-każ imur lura għal-Lulju 2019 f’appartament f’San Pawl il-Baħar meta l-Libjan, flimkien ma’ żewġ irġiel oħra kompliċi miegħu, daħlu jisirqu fl-apparatment fejn kien hemm il-vittmi.
Huma kienu armati b’sikkina u Sharif ġie mixli li kkaġuna ġrieħu ħfief fuq il-missier, li seraq, li kellu sikkina fil-pussess ta’ sikkina, u li żamm persuni kontra r-rieda tagħhom u heddidhom.
L-uffiċjali tal-Pulizija li marru fuq il-post xehdu kif sabu lit-tifel fil-gallarija mbikkem flimkien ma’ ġara li t-tifel kien qabeż għal għandha.
L-akkużat stqarr li mar għand il-vittma għax kien ibigħlu d-droga u ried xi flus lura.
Għaldaqstant, il-Qorti rrimarkat kif l-akkużat uża l-forza biex daħal fil-proprjetà iżda ma ġiex pruvat li kellu l-arma.
Il-Qorti qalet ukoll li jirriżultalha li l-vittma kien jittraffika d-droga, bil-konsegwenza li seta’ għamel l-għedewwa.
L-akkużat instab ħati li żamm lill-vittmi kontra r-rieda tagħhom u li heddidhom.
Huwa tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal sena minkejja li l-akkużat huwa ħieles mill-vizzju tad-droga.