Fi tmien il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat il-Grand Prix ta’ Spanja ġewwa Mallorca. Ħames plejers Maltin ħadu sehem.
Fil-kategorija Individwali Open ħadu sehem Josef Camilleri, Mauro Camilleri, George Ebejer ta’ Bormla SC u Jurgen Balzan ta’ ST Stembert(BLG).
Mauro Camilleri m’għadiex il-fażi tal-gruppi. George Ebejer kien eliminat fil-barrage. Josef Camilleri u Jurgen Balzan wasslu sal-aħħar sittax.
Jason Pisani ikompeta fil-kategorija tal-Veterani u baqa javvanza sal-kwarti tal-finali. Pisani tilef kontra Raul Benita bl-iskor ta’ 2-1 fil-ħin barrani.
Il-Ħadd kien hemm il-kompetizzjonijiet tat-timijiet. Bormla SC kien iffurmat minn Mauro Camilleri, Josef Camilleri, Jason Pisani, George Ebejer u David Busch. Bormla SC wasslu sal-kwarti tal-finali. Bormla SC tilfu kontra Murcia bl-iskor 2-1. Murcia kien it-tim rebbieħ ta’ dan it-turnament.
Jurgen Balzan kellu prestazzjoni tajba ferm mat-tim tiegħu ST Stember(BLG), infatti ST Stembert kienu fil-finali kontra t-tim ta’ Murcia. Il-logħba intrebħet mit-tim ta’ Murcia fil-ħin barrani.