Pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tal-Pulizija tad-Distrett issejħu biex jassistu f’każ ta’ nirien li tkebbsu f’boatyard fiż-żona magħrufa bħala l-Ħofret ir-Rizz fin-Nigret, bejn ir-Rabat u Ħad-Dingli.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ ONE News li l-każ seħħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar.
Jidher li n-nirien oriġinaw minn dgħajsa li nħakmet minn nirien fejn fi ftit ħin ġew ikkontrollati.