Dr Anġlu Farrugia ġie elett bħala Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti għat-tielet leġiżlattura.
Dan wara li l-Gvern ivvota favur in-nomina ta’ Anġlu Farrugia, waqt li l-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech ivvota kontra.
F’diskors negattiv fl-ewwel diskors tiegħu, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-Oppożizzjoni se tivvota kontra.
Hawnhekk il-Prim Ministru qal kif il-Gvern irid jagħti l-id tal-ħbiberija u ntqal kif il-Gvern se jkun qed juri l-id tal-ħbiberija.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern bil-kontra tal-Oppożizzjoni, se jkun qed jivvota favur għall-ħatra ta’ Deputy Speaker.
Wara l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia ħa l-ġurament tal-ħatra.
F’diskors qasir, l-Ispeaker qal li huwa se jkompli jaħdem favur il-Parlament, kif għamel fl-aħħar snin.
Wara l-Prim Ministru ressaq il-mozzjoni sabiex David Agius isir Deputy Speaker u hawnhekk kemm il-Gvern u anki l-Oppożizzjoni vvutaw favur.