Bħala parti mill-proċess ta’ ristutturar li bħalissa għaddejja bih l-Assoċjazzjoni għall-Istabbilimenti tal-Catering, Michelle Muscat ġiet eletta bħala l-President il-ġdid.
Muscat hija negozjanta ewlenija fl-industrija tal-catering.
Matthew Pace huwa l-Viċi President il-ġdid, Omar Vella ġie appuntat bħala s-Segretarju Onorarju u Jon Jon Dalli nħatar bħala t-Teżorier Onorarju.
Intant l-eks President tal-istess Assoċjazzjoni, Reuben Buttigieg, se jkun qed iżomm irwol konsultattiv fi ħdan l-istess assoċjazzjoni.