Aboubakar Diakite ta’ 32 sena, baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li ħaraq u kkaġuna ħsarat fi proprjeta’ tal-Gvern.
Ir-raġel, li huwa mill-Mali u li joqgħod fiċ-ċentru tad-detenzjoni f’Ħal Far, ġie akkużat li matul il-jum tal-Ħamis ta n-nar lil parti minn dan iċ-ċentru.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
ħFil-Qorti ntqal li n-nar ikkawża ħsarat konsiderevoli fiċ-ċentru, iżda fortunatament ħadd ma weġġa’.
Huwa wieġeb li mhux ħati tal-akkużi.