Mario Cutajar ħabbar li se jirtira minn Kap taċ-Ċivil, kariga li kien ilu jservi fiha mill-2013. Huwa ħabbar dan waqt il-konferenza ġenerali għall-kapijiet tas-servizz pubbliku bit-tema ‘Ninvestu fil-Kwalità’, li qed issir dalgħodu.
Meta indirizza l-istess konferenza, il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzja lil Mario Cutajar u qal li fih dejjem sab persuna leali u li ta l-aħjar ideat u opinjonijiet mingħajr kantunieri sabiex is-servizz pubbliku dejjem jibqa’ javvanza.
Is-Sur Cutajar twieled fl-1958. Studja f’Universitatjiet f’Malta u fir-Renju Unit minn fejn iggradwa fl-istudji soċjali u fil-maniġmentt. Beda l-karriera tiegħu fis-Servizz Pubbliku 46 sena ilu; ħadem f’diversi dipartimenti, Ministeri, entitajiet pubbliċi, kif ukoll fis-settur privat.
Għal numru ta’ snin kien ukoll uffiċjal tal-General Workers’ Union, l ewwel jirrappreżenta lill-ħaddiema tal-Gvern u mbagħad ġie elett Deputat Segretarju Ġenerali. Huwa okkupa wkoll pożizzjonijiet għolja fil-Heritage Malta, minn fejn twaqqaf fl-2008 f’dik li l-Qorti ddikjaratha bħala diskriminazzjoni politika, kif ukoll fis-settur privat.
Cutajar inħatar Kap taċ-Ċivil u Segretarju tal-Kabinett f’Marzu tal-2013, f’dik li kienet l-ewwel ħatra li l-gvern Laburista ġdid għamel fl-ewwel jum tiegħu.
Cutajar ghamel snin kontributur fil-ġurnali tal GWU u ppubblika numru ta’ kotba mal-SKS marbuta mal-istorja ta’ pajjiżna, fosthom ‘Storja tal Partit Laburista’ u ‘Mintoff: il-Bniedem u l-Istorja’, li rebaħ il-Premju Nazzjonali tal Ktieb tal-2012.
Cutajar jibqa’ magħruf għall-bidliet kbar li saru fis-servizz pubbliku kemm dam hu fit tmexxija tiegħu, liema bidliet ġew analizzati u maħruġa fi ktieb mid-dar internazzjonali tal pubblikazzjonijiet Springer is sena li ghaddiet bl-isem ‘Public Service Reforms in a Small Island State’.
Meta indirizza l-istess konferenza, il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzja lil Mario Cutajar u qal li fih dejjem sab persuna leali u li ta l-aħjar ideat u opinjonijiet mingħajr kantunieri sabiex is-servizz pubbliku dejjem jibqa’ javvanza.