Minn stħarriġ li għamel il-Bank Ċentrali fost in-negozji ħareġ kif, fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, kważi tliet kwarti ta’ dawk in-negozji li ħadu sehem f’dan l-istħarriġ wieġbu li l-investiment għandu jibqa’ miexi kif skedat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Barra minn hekk, minkejja l-isfidi internazzjonali ta’ bħalissa, ħamsa u tletin fil-mija tan-negozji qalu li se jkomplu jżidu l-ħaddiema tagħhom.
F’dan l-istħarriġ fost in-negozji ħareġ kif kważi nofs in-negozji li pparteċipaw irrappurtaw żieda fl-attività tagħhom.
Fil-kuntest tal-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna, li qed tolqot ħażin lill-azjendi madwar id-dinja kollhapġ, tmenin fil-mija (80%) tan-negozji li ħadu sehem fl-istħarriġ qalu li esperjenzaw żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni.