Fi tmiem il-ġimgħa l-attenzjoni se tkun fuq l-Xterra Trails li se jsiru f’Għawdex.
Imfassla fuq tliet distanzi ta’ 50 kilometru, 21 kilometru u 11 il-kilometru il-korsa se tkun madwar Għawdex.
L-attenzjoni fuq it-tellieqa ta’ 50 kilometru distanza ‘ultra’ li se jkollha żewġ punti tal-Assocjazzjoni Internazzjonali TrailRunning u kwalifika għat-tlielaq internazzjonali .
It-trail run ta’ 21 kilometru tinġera fl-aħħar parti tal-korsa bi tmiem f’Għajnsielem. Din is-sena se jkun hemm distanza fuq medda ta’ 11 il-kilometru sabiex aktar parteċipanti jkollhom iċ-ċans li jieħdu sehem.
L-għan ewlieni ta’ Hellfire Events, organizzaturi ta’ Xterra Malta u Xterra Gozo Trail Runs huwa illi jattiraw individi f’offroad triathlon u f’dan il-każ għat-trail running.
Aktar minn 400 atleta se jieħdu sehem fil-kompetizzjoni ta’ tmiem il-ġimgħa inklużi bosta atleti minn 27 pajjiż inklużi dawk mill-Amerika t’Isfel, Stati Uniti, u l-Afrika t’Isfel, Filippini u għadd ta’ pajjiżi Ewropej, apparti parteċipazzjoni qawwija ta’ atleti Maltin.
Konferma kemm it-trail running qed jikber fil-popolarita’ hawn Malta