Minn tal-inqas tnax-il persuni mietu u għadd ta’ villaġġi għerqu wara li maltemp kbir wassal għal għargħar fin-Nofsinhar tat-Tajlandja.
Eluf ta’ persuni kienu affettwati bil-livelli ta’ ilma xita li niżel f’ċertu żoni.
B’konsegwenza ta’ dan, servizzi tat-trasport fosthom titjiriet kienu kkanċellati.
Intant, bħalissa qed isiru tfittxijiet għal dawk li għadhom mitlufa.