Żewġt idwieb ġew ikkonfiskati mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali wara li nstabu miżmuma f’kundizzjonijiet ħżiena.
Kienu RMJ’s Horse Rescue li spjegaw kif bħalissa dawn id-dwieb tar-razza, Haflinger ponies, u huma omm u l-bint, jinsabu taħt il-kustodja tagħhom hekk kif jinsabu fi stat ħażin u għandhom bżonn il-kura neċessarja.
Spjegaw kif iż-żewġt idwieb ġew ikkonfiskati jumejn ilu u li ma jistgħux jifhmu kif bniedem jasal jagħmel att bħal dan.
Huma appellaw lill-pubbliku biex jagħtu kemm jistgħu donazzjonijiet, anke jekk ammont żgħir, hekk kif kull qatra tgħodd biex ikunu jistgħu jgħinu aktar każijiet bħal dawn.
Mezzi ta’ donazzjoni
Paypal: rmjhorserescue@gmail.com
Revolut: 99947633
IBAN MT53VALL22013000000040023793448