Hibernians FC huma ċ-ċampjins il-ġodda tal-Kampjonat Premier Malti meta l-Ħadd wara nofsinhar fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali għelbu lill-Birkirkara FC biex b’hekk matematikament ġew inkurnati ċampjins meta fadal partita waħda għat-tmiem.
Kienu Birkirkara li marru fil-vantaġġ fil-19 il-minuta permezz ta’ Federico Falcone iżda Hibernians ġabu d-draw fil-28 minuta permezz ta’ Jurgen Degabriele biex sat-tmiem l-ewwel taqsima ir-riżultat baqa dak ta’ 1- 1.
Fl-aħħar għoxrin minuta tal-partita Hibernians skorjaw darbtejn biex għamlu ċert mit-tlett punti u mir-rebħ tat-tlettax il-kampjonat fl-storja tat-tim minn Raħal Ġdid. Fil-71 minuta kien Dunstan Vella li għal ewwel darba poġġa lill-Hibernians fil-vantaġġ b’Sergio Raphael Dos Anjos ħames minuti fuq il-ħin regolamentari skorja t-tielet u l-aħħar gowl għat-tim Pawlist.
Iċ-ċelebrazzjoni fl-Stadium Nazzjonali kienu kbar hekk kif intemmet il-partita biċ-ċelebrazzjonijiet spontanji komplew f’Raħal Ġdid iktar tard.
Ritratt: Hibernians FC