Bosta Ortodossi Kristjani minn madwar id-dinja qed jiċċelebraw il-Milied illum. Dan propju ġimgħatejn wara l-25 ta’ Diċembru, il-jum li bosta nies minn madwar id-Dinja diġà ċċelebrawh u bdew is-sena l-ġdida.
Għall-pajjiżi bħar-Russja, il-Ġorġja, l-Armenia, il-Belarus, is-Serbja, l-Etijopja, l-Eġittu u l-Kazakhstan, il-Ġimgħa 6 ta’ Jannar, huma l-Jum ta’ qabel il-Milied.
Din id-differenza hi minħabba l-mod ta’ kif il-Kattoliċi u l-Ortodossi Kristjani jagħmlu użu minn kalendarji differenti li jimmarkaw l-Jum Imqaddes.
Il-knisja tal-Ortodossi Kristjani timxi fuq il-kalendarju Ġuljan meta tiġi biex tiċċelebra l-festi reliġjużi filwaqt li l-Kattoliċi jimxu fuq il-kalendarju Gregorjan.
Il-kalendarju Ġuljan jimxi b’13-il jum wara l-kalendarju Gregorjan, u hu minħabba f’hekk li l-festi reliġjużi tal-Ortodossi Kristjani jiġu ċċelebrati wara.