Wara tliet rawnds fuq kundizzjonijiet diffiċli, Mark Spiteri spiċċa r-rebbieħ tal-MBA Masters Tournament 2022, wara li għeleb lil Cynthia Frendo Duca fil-finali.
Kull rawnd kien magħmul minn serje ta’ 6 logħbiet (sakemm bdew is-semifinali wara t-3 rawnd), fejn l-aqwa 6 plejers f’kull rawnd kisbu kwalifikazzjoni għas-sezzjoni li jmiss. Il-Masters intlagħbu fuq tlett ijiem separati – ġurnata għal kull rawnd (is-semifinali u l-finali seħħew fl-aħħar ġurnata mat-3 u l-aħħar sezzjoni ta’ kwalifikazzjoni preliminarji). It-tieni u t-tielet rawnds żiedu l-5-8 l-aqwa plejers mis-sena li għaddiet u l-1-4 l-aqwa atleti minn 2021 rispettivament mal-kumplament tal-kompetituri. Minħabba li dan it-tournament ma jissegregax is-sessi, kull mara ngħatat 8 punti handicap għal kull logħba li ntlagħabet, filwaqt li l-irġiel lagħbu bla punti handicap.
Cynthia Frendo Duca, waħda mill-finalisti, spiċċat l-ewwel serje fl-ewwel post wara li lagħbet logħba medja ta’ 195.33.
It-tieni rawnd, aka “Step 1”, ra l-introduzzjoni tal-5-8 seeds: Rankin Camilleri, Philip Gruppetta, u Kenneth Arpa; wieħed minn dawn il-plejers ma setax jieħu sehem u skont ir-regolamenti, postu ma setax jingħata lill- kompetitur iehor. Is-7 seed Philip Gruppetta spiċċa Step 1 fl-ewwel post wara sitt logħbiet b’medja impressjonanti ta’ 197.50.
It-tielet rawnd ra l-introduzzjoni tal-1-4 seeds: Mauro Anastasi, Nicholas Muscat, Mark Spiteri u Kayden Laganà. L-aqwa 6 plejers minn dar-rawnd għaddew għas-semifinali fejn seħħew żewġ logħbiet, fejn il-plejer bl-inqas skor wara kull logħba ġie eliminat.
Il-finali ntlagħbet fuq logħba waħda bejn Cynthia Frendo Duca u Mark Spiteri. Għalkemm Duca sabet ruħha mal-aqwa 2 ta’ kull rawnd fil-kompetizzjoni, u Mark Spiteri rnexxielu jegħelibha bi skor ta Fejn kull pin beda’ jgħodd ħabba kundizzjonijiet diffiċli, Spiteri irnexxielu jegħlibha bi skor finali ta’ 202-169.
Din ir-rebħa mmarkat ir-4 darba li Spiteri rebaħ l-MBA Masters. B’hekk sar l-unika persuna biex jirbaħ din il-kompetizzjoni prestiġjuża 4 darbiet mil-bidu tagħha fl-2008.