Filippin ta’ 27 sena ġie mmultat €233 wara li fil-Qorti wieġeb li hu ħati li fil-bagalja tiegħu kellu munizzjon, forma ta’ balla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat kif ir-raġel ġarr balla miegħu minħabba li f’pajjiżu hija kkunsidrata bħala xi ħaġa li ġġib ix-xorti. Intqal kif ir-raġel ammetta u kkopera mal-Pulizija.
Fil-Qorti ġie spjegat ukoll kif ir-raġel kien se jaqbad vjaġġ lejn il-Filippini sabiex jiżżewweġ u wara jerġa’ jiġi f’Malta biex jaħdem.