Bandisti li jagħmlu parti mill-Banda tal-Partit Laburista llum ħarġu bi ħġarhom fit-toroq tal-Belt biex idoqqu u joħolqu l-briju għall-1 ta’ Mejju.
Dan hu jum sinonimu ma’ din il-banda, li magħha għandha madwar 200 membru li jdoqqu b’mod volontarju f’kunċerti u okkażjonijiet bħal lum.
Wara sentejn assenti kawża tal-pandemija, il-bandisti kienu għatxana biex jerġgħu jirritornaw flimkien mal-istrumenti tagħhom biex jagħmlu dak li jħobbu l-aktar: idoqqu u jġibu tbissima fuq fomm in-nies.
It-temp ċlampu tal-lum ma qatax qalb il-bosta nies li diġà bdew deħlin il-Belt għaċ-ċelebrazzjonijiet li qed jorganizza l-Partit Laburista. Dawn ingħaqdu flimkien mal-brijju li ħolqot din il-banda u gawdew il-marċi li għal dawn is-sentejn ħassew in-nuqqas tagħhom.