L-attriċi Angelina Jolie żaret b’sorpriża l-belt Ukrena, Lviv li tinsab taħt assedju mill-qawwiet Russi. Ritratti fuq il-midja soċjali juri lil Jolie mixja lejn stazzjon tal-ferrovija biex tiltaqa’ ma’ diversi persuni li kienu sfurzati jaħarbu minn djarhom u sabu kenn f’Lviv.
Skont l-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tgħid li aktar minn 12.6 miljun ruħ ħarbu minn djarhom fl-aħħar xahrejn, 30% tal-popolazzjoni tal-Ukrajna ta’ qabel il-gwerra.
Il-Gvernatur ta’ Lviv qal li Jolie żaret ukoll skola u tkellmet mal-istudenti, kif ukoll iltaqgħet ma’ refuġjati li kienu qed jaslu fi Lviv bil-ferrovija u l-voluntiera li kienu qed jilqugħhom.