Żagħżugħa ta’ 21 sena mill-Fgura weġġgħat gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ għas-siegħa tas-Sibt filgħodu fi Vjal Santa Luċija.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mercedes Benz misjuqa minn raġel ta’ 46 sena minn Ħaż-Żebbuġ u Renault Clio miż-żagħżugħa.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku sabiex jassistu.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, filwaqt li r-raġel ittieħed għall-kura ġewwa Ċentru tas-Saħħa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.