Fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela, u Dr Lydia Abela kienu l-ewwel fost id-delegati li vvotaw fl-elezzjoni ta’ konferma tat-tmexxija tal-Partit Laburista li qed issir waqt il-Konferenza Ġenerali tal-partit.
Il-votazzjoni tibqa’ sejra sa għada s-Sibt fil-5pm. F’Għawdex il-votazzjoni, li qed issir fir-Rabat, tagħlaq fis-2pm. Il-konferenza ġenerali tiġi fi tmiemha nhar il-Ħadd fi Pjazza Kastilja, il-Belt, b’diskors ta’ Dr Abela fit-3pm.