Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li tat €4 miljun lil Malta sabiex tgħin biex tagħmel tajjeb għall-għajnuna li Malta qed tagħti lil Ukreni li telqu minn pajjiżhom minħabba l-gwerra, wara l-invażjoni Russa.
Il-Kummissjoni qed tagħti għajnuna lill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea sabiex jgħinu lil dawn ir-refuġjati biex ikollhom post fejn joqogħdu u anki għall-affarijiet bażiċi bħall-ikel, l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa, u l-edukazzjoni.
B’kollox, din l-għajnuna bejn l-Istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea hija ta’ €3.5 biljun.