- Freedom Press m’għadhiex hemm.
Ilbieraħ filgħaxija sar ix-xogħol li kellu jsir biex il-binja fil-Marsa twaqqgħat. Il-ħidma saret tul il-lejl, u wara li tneħħa t-terrapien u tnaddfet it-triq, dalgħodu tinsab miftuħa mill-ħdid għat-traffiku.
Dan huwa metodu ta’ ħidma importanti ħafna, speċjalment meta tqis li din hija triq bieżla ħafna.
It-triq li se tibda tinbena issa se tieħu post ir-rotta temporanja ta’ Baċir Numru Sebgħa, u se sservi biex tgħin lit-traffiku li min-naħa t’isfel tal-Belt ikun sejjer lejn il-Belt.