Żabbari ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li seraq flus kontanti u affarijiet oħra minn karozzi pparkjati f’Raħal Ġdid.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Renald Rotin, ta’ 42 sena, ċaħad l-akkużi ta’ serq aggravat f’żewġ istanzi differenti aktar kmieni dan ix-xahar.
L-imputat, li għandu passat miżgħud b’reati simili, kien akkużat ukoll li huwa riċediv u li kiser ordni ta’ probation.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet fosthom li jinġabar f’daru filgħaxija. Il-ħelsien mill-arrest ngħatat fuq depożitu ta’ €750 u garanzija personali ta’ €5,000.