Żagħżugħ ta’ 26 sena ndarab gravi wara li ntlaqat minn oġġett tal-ħadid waqt li kien qed iħott fuq trakk.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu waqt li kien qed jaħdem f’sit viċin Triq Ġuże D’Amato, f’Raħal Ġdid.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Tork ta’ 26 sena, residenti Birkirkara sofra ġrieħi meta ntlaqat minn oġġett tal-ħadid, waqt li kien qed iħott xi affarijiet minn fuq trakk.
Ir-raġel kien assistit minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, filwaqt li ttieħed l-isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.