“Jason Azzopardi għadu ma refa ebda resposabbiltà kif qallu jagħmel l-Awditur Ġenerali” – kliem il-Minsitru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, hu u jiżvela informazzjoni ġdida li tpoġġi piż kbir ix-shadow Minister Nazzjonalista.
Spjega li l-kuntrattur Zaren Vassallo, li tant mar tajjeb bid-deal tal-Lowenbrau, iltaqa’ ma’ dak iż-żmien Ministru Jason Azzopardi. It-twegiba ta’ Azzopardi li tant jippriedka fuq good governance kienet li xi ħaġa jirranġaw, jilħqu kompromess.
“Jiġifieri f’dan id-deal involva ruhu personalment u direttament Jason Azzopardi” spjega l-Ministru Bonniċi.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet provda sfond ta’ dak li kien żvelat f’rapport tal-Awditur Ġenerali.
Nhar it-13 ta’ Novembru 1990, Gvern Nazzjonalista jagħti art ta’ 21,000 metru kwadru f’ Ta’ l-Istabal lil Lowenbrau Ltd bil-kundizzjoni li l-art tintuża biss għal skopijiet ta’ produzzjoni ta’ xorb alkħoliku u non alkoħoliku.
Fit-30 ta’ Novembru 2009 meta sar ftehim prelimari bejn Marsovin Ltd/Agro Ltd u Vassallo Builders sabiex Vassallo Builders tixtri l-ishma kollha f’Lowenbrau Ltd (LBM Breweries Ltd) bil-patt li fiż-żmien seba’ ġimgħat jinfeda ċ-ċens u jiġu kkanċellati l-kundizzjonijiet fosthom li l-art f’Ħal Qormi ma tintużax biss għal produzzjoni tax-xorb.
Kien it-tlieta ta’ Dicembru 2009 meta Gvern Nazzjonalista aċċetta li jinfeda ċ-ċens imma saħansitra jbiegħ id-dirett dominju, mingħajr rizoluzzjoni Parlamentari jew tender lil LBM Breweries Ltd, u llibera l-ħlas taċ-ċens u l-kundizzjonijiet kollha. Vassallo Builders Group iħallas €465,875 lill-Gvern għal din l-art.
F’Dicembru 2009, f’inqas minn xahar mill-iffirmar tal-ftehim preliminari, ġie ffirmat il-ftehim aħħari li bih Vassallo Builders Group xtara lil LBM Breweries Ltd (Marsovin Ltd/Agro Ltd).
F’Mejju 2011, wara mistoqsijiet Parlamentari,il-Kummissarju tal-Artijiet bagħat ittra uffiċjali kontra LBM Breweries Ltd, li saret Catergroup Ltd, fejn kien mitlub li l-kumpanija tersaq biex jitħassar il-kuntratt illegali ffirmat fit-3 ta’ Diċembru 2009.
F’Jannar 2012, b’intervent ta’ Jason Azzopardi, flok komplew il-proċeduri legali, nħatar kumitat ta’ tliet Periti li stmaw il-valur tat-tneħħija tal-kundizzjoni bil-valur tal-1990, valutazzjoni mizera ta’ €706,400.
L-Awditur Ġenerali jistma li l-art libera u franka fl-2012 kienet tiswa ‘l fuq minn €8miljuni.
Nhar il-5 ta’ Gunju 2012, il-Gvern aċċetta l-istima medjokri tal-1990 ta’ €706,400 permezz ta’ kuntratt bl-approvazzjoni diretta ta’ Jason Azzopardi – biex Vassallo spiċċa biex kellu jieħu mill-Gvern wara li propjetajiet li ta biex iħallas bihom ġew stmati li kellhom valur inqas!
F’Diċembru 2016, f’rapport l-Awditur Ġenerali qal li Jason Azzopardi għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika.