“Jinsab muġugħ ħafna u bilkemm jiflaħ jitkellem. Għandu diversi ksur u eventwalment se jiġi operat.”
Kiteb hekk l-Ispettur u President tal-Police Officers’ Union, Sandro Camilleri, fuq il-paġna tas-sit soċjali Facebook dwar il-Kuntistabbli mill-għassa ta’ Ħaż-Żabbar, PC 835 Christian Agius, li ftit tal-jiem ilu safa attakkat propju għax huwa Pulizija.
L-Ispettur Camilleri kien spjegalna li l-Kunstabbli kien għaddej fil-ħin liberu flimkien mat-tfajla tiegħu meta bniedem magħruf ħafna mal-Pulizija beda jaqbeż il-karozzi u jsuq b’mod illegali.
Il-Kuntistabbli xegħel l-indicator u tefa’ fil-ġenb u l-aggressur waqaf bis-salt quddiemu. Kulma laħaq għamel il-Kuntistabbli kien li staqsieh kif kien qed isuq, u informah li huwa Kuntistabbli. Ta’ dan, l-aggressur wieġeb bi kliem oxxen u beda jtih kemm jiflaħ.
L-aggressur jinsab arrestat.