Il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Ryan Schembri tal-More Supermarkets ġiet posposta għall-11 ta’ Mejju wara li l-akkużat irriżulta pożittiv għall-Covid-19.
F’seduta qasira li saret it-Tlieta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, l-Avukat Prosekutur Francesco Refalo ppreżenta ordnijiet maħruġa mill-Avukat Ġenerali taħt l-Att dwar is-Servizzi tal-Investiment.
Ġie ppreżentat ukoll ċertifikat mediku ta’ Schembri li fih jintqal li l-perjodu ta’ kwarantina tiegħu jintemm fit-2 ta’ Mejju li ġej wara li jsirlu test tal-PCR u jirriżulta negattiv.
Fil-jiem li għaddew, Schembri nġieb Malta permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew wara li kien ilu kważi tmien snin maħrub minn Malta.
Huwa qed iħabbat wiċċu ma’ akkużi marbuta ma’ ħasil ta’ flus u frodi.