Il-baħar qawwi wassal biex tħassru vjaġġi tal-Virtu Ferries bejn Malta u Sqallija hekk kif il-bastiment tal-kumpanija ma kienx se jagħmel il-vjaġġ b’mewġ li saħansitra beda jgħola iktar minn ħames metri. B’hekk għexieren ta’ Maltin inqabdu Pozallo, bil-kumpanija Virtu Ferries tindika li l-vjaġġi jkomplu b’mod normali nhar il-Ħadd. Dan kollu seħħ hekk kif qed jippersistu r-riħ u l-kesħa. Dwar dan kollu l-kollega Stefan borg tkellem ma’ uffiċjali tal-uffiċċju meterjoloġiku.