Aktar tard illum, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda António Guterres se jkun qed jiltaqa’ mal-President tar-Russja Vladimir Putin f’Moska.
Din il-laqgħa se ssir wara li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu Sergei Lavrov wissa dwar theddida li tfaqqa’ t-Tielet Gwerra Dinjija. Żied jgħid li hemm riskju konsiderevoli li l-ġlied jeskala għal armi nukleari.
Intant, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren Dmytro Kuleba qal li Lavrov għamel din l-istqarrija biex jipprova jbeżża’ lill-kumplament tad-dinja milli tagħti l-appoġġ lill-Ukrajna.
Madanakollu, mhux mistenni li jkun hemm xi avvanzi fil-ftehim dwar il-paċi, hekk kif id-diskussjonijiet bejn ir-Russi u l-Ukreni ftit li xejn qed iħallu l-frott mixtieq.