Ferut gravi f’għajnejh, widna maqtugħa, denb miksi bid-demm u terrorizat mill-bnedmin.
Din hija d-deskrizzjoni ta’ kelb li nstab fit-toroq Maltin – abbużat u abbandunat. Il-veterinarju kkonferma lill-Assoċjazzjoni għall-annimali abbandunati (AAA) li l-widna saħanistra nqatgħet b’imqass jew xi makkinarju ieħor. Ir-ritratti juru l-istat li nstab fih dan il-kelb, li wara dan l-abbuż baqa’ terrorizzat minn kull bniedem, bil-volontieri jispjegaw li damu madwar erba’ sigħat biex irnexxilhom jaqbduh.
B’xorti tajba dan il-kelb sab l-imħabba u l-għajnuna u l-feriti gravi li għandu qed jiġu kkurati. Wara l-operazzjoni ta’ dan il-kelb l-Assoċċjazzjoni għall-annimali abbandunati ngħatat informazzjoni li dan lil dan il-kelb sparawlu u kien fadallu fdalijiet tal-balal f’rashu. Sfortunatament, dan il-kelb ma kellux ċippa u għalhekk l-AAA m’għandha l-ebda informazzjoni dwar sid il-kelb.
Il-volontiera stqarru li spiċċaw bla kliem quddiem dan l-abbuż u li huwa inaċċettabbli li xi ħadd jitratta annimal b’dan il-mod.
RITRATTI GRAFIĊI: