Żebbuġ Rangers huma r-rebbieħa tac-Challenge League meta s-sibt wara nofsinhar fil-partita deċisiva għar-rebħ tal-Kampjonat għelbu lill-Pembroke Athleta wara l-għoti tal-penalties.
Kien Erikys da Silva Ferreira li poġġa lil Pembroke fil-vantaġġ fil-11 il-minuta iżda fil-79 minuta Żebbuġ ġabu d-draw permezz ta’ Shalon Diacono bil-partita jkolla tmur għal ħin barrani u saħansitra għal għoti tal-penalties.
Liam Gauci, Jonatan Silveira da Silva, Randall Vella, Yanis Tonna u Gaetano Gesualdi skorjaw għal Żebbuġ filwaqt li Samuel Buhagiar, James Brincat u Stefan Jankovic skorjaw għal Pembroke bit-tentattiv ta’ Weverton Gomes jiġi salvat mill-goalkeeper ta’ Żebbug Jamie Azzopardi.
Charles Azzopardi, Head CSR and Communications fi ħdan il-Bank of Valletta u Dr Matthew Paris, Viċi President tal-Malta Football Association ipprezentaw it-tazza tal-BOV Challenge League liċ-Champions il-ġodda.