Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri l-mument li mara ssuq fuq sieq ta’ tifla ta’ sitt snin bil-mutur tagħha fiċ-Ċina.
Il-Pulizija tal-provinċja ta’ Guangdong, qalet fi stqarrija li mara ta’ 29 sena li kuljoma Chen qed tiġi investigata wara li l-filmat tagħha mar viral.
Il-mara tgħix man-nannu taċ-ċkejkna, li għandu 50 sena. Huwa qal lill-Pulizija li l-mara xegħlet il-mutur biex tbeżża’ lit-tifla li ma riditx toħroġ mid-dar flimkien mal-familja tagħha.
Hija qalek li dan kien inċident ġenwin u li t-tifla ma sofrietx minn ġrieħi gravi. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li t-tifla sofriet minn ġrieħi f’saqajha.
Il-filmat juri tifla oħra tiġbed iċ-ċkejkna biex taħrab lil din il-mara ftit qabel ma għaddiet minn fuq riġlejn it-tifla. Kienu bosta li kkummentaw dwar il-bikja ta’ uġigħ li tinstema f’dan il-filmat.