Prestazzjoni mill-aqwa għan-nisa Maltin f’Agropoli fl-Italja li kisru r-rekord nazzjonali fit-tellieqa relay 4×100 metru tan-nisa.
Il-kwartett Malti kien kompost minn Claire Azzopardi, Charlotte Wingfield, Carla Scicluna u Janet Richard.
Kmieni llum wara nofsinhar huwa baxxew ir-rekord Malti għal 46.07s, iżda saħansitra rnexxilhom imorru aħjar ftit tas-sigħat wara, b’riżultat brillanti ta’ 45.80s.
Ir-rekord preċedenti kien ta’ 46.24s.
Grazzi għal dan ir-riżultat, it-tim Malti tan-nisa tal-4x100m kwalifika għal-Logħob tal-Mediterran li se jsir dan is-Sajf fl-Alġerija.
It-tim Malti tal-irġiel ukoll kellu prestazzjoni tajba. It-tim, li kien iffurmat minn Daniel Saliba, Steve Camilleri, Beppe Grillo u Luke Bezzina temm f’ħin ta’42.12s.
L-atleti Maltin ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni wara kamp ta’ taħriġ ta’ ġimgħa fl-Italja bi tħejjija għall-kompetizzjonijiet li ġejjin inkluż il-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Dan il-kamp kien possibbli bl-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti, SportMalta, Visit Malta u Eurosport.