Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Antony Blinken, u s-Segretarju tad-Difiża, Lloyd Austin, jinsabu f’Kiev fl-Ukrajna għal diskussjonijiet.
Din iż-żjara qed issir mill-ogħla livell ta’ uffiċjali Amerikani li qatt żaru l-pajjiż minn mindu bdiet l-invażjoni Russa s’issa u tħabbret biss meta ż-żewġ uffiċjali kienu diġà telqu mill-Amerka.
Blinken u Austin iltaqgħu mal-President Ukren Zelensky u wegħdu aktar minn seba’ mitt miljun dollaru Amerikan f’għajnuna militari.
L-invażjoni Russa tinsab fl-eqqel tagħha fil-Lvant tal-Ukrajna, fejn qed jiġu rrappurtati diversi mwiet f’Kharkiv u f’Donetsk.
L-Ukrajna qalet li l-isforzi biex in-nies jiġu megħjuna jaħarbu mill-belt ta’ Mariupol sfaxxaw fix-xejn u hemm bżonn aktar għajnuna fl-immedjat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI