Matthew Xuereb u Jemima Farley rebħu l-ewwel edizzjoni tal-La Vallette Malta Marathon li saret il-Ħadd filgħodu. Huma daħlu l-ewwel fil-kategoriji rsipettivi tal-full marathon li kienet fuq distanza 42 kilometru. Għal din l-ewwel edizzjoni tal-La Valette Marathon ħadu sehem madwar 800 atleta
Xuereb rebah il-kategorija tal-Irħiel f’hin ta’ sagħejn u tmienja u erbgħin minuta. Huwa kien segwiet minn Erwin Harmes u l-malti Jeremy Fenech rispettivament.
Il-kategorija tan-Nisa intrebħet minn Jemima Farley f’ħin ta’ sagħtejn u ħamsin minuta. Hija kienet segwieta mill-maltin Catherine Chetcuti u Josianne Attard Pulis.
Suċċess malti fin-Nofs Maratona fuq distanza ta’ 21 kilometru. Ir-rebbieħ tal-kategorija tal-Irġiel kien Charlton Debono f’ħin ta’ tnejn u sebgħin minuta. Huwa kien segwiet minn Chris Micallef u Andrew Grech.
Rebha maltija wkoll fil-kategorija tan-Nisa hekk Rosalie Borg daħlet l-ewwel f’ħin ta’ sitta u tmenin minuta. Hija kienet segwieta mill-fillandiża Krista Kuusijärvi u l-maltija Charyl Fava.
Fi tmiem il-La Valette Marathon saret preżentazzjoni lir-rebbieħa mill-Ministru għat-turiżmu Clayton Bartolo u l-Ministru għall-Edukazzjoni u Sport Clifton Grima.