Iċ-Champion tal-WBC, il-brittanniku Tyson Fury rebaħ lill-kompatrijott Dillian Whyte fil-ġlieda mistennija heavyweight li saret is-sibt filgħaxija f’Wembley Stadium. Fury kiseb din ir-rebħa b’knock out tekniku fis-sitt round. Huwa kien fi klassi għalih, bl-avversarju ma jkunx fi stat li jkompli l-ġlieda. Fi tmiem din il-ġlieda Tyson Fury ikkonferma li beħsiebu jirtira fl-eta’ ta’ 33 sena.
F’kummenti lill-media huwa qal li jrid jirtira mill-Boxing u jkun it-tieni boxer fl-istorja tal-heavyweight li jkun għamel dan mingħajr telfa wara l-leġġendarju Rocky Marciano.
Fil-karriera Fury kellu 33 ġlieda mingħajr telfa.