Max Verstappen fuq RedBull rebaħ il-Grand Prix ta’ tal-Emilia Romagna li sar il-Ħadd wara nofs-in nhar fiċ-ċirkwit ta’ Imola. Kienet ġurnata pożittiva għat-team Red Bull hekk kif is-sewwieq l-ieħor Sergio Perez spiċċa fit-tieni post.
Segwa fit-tielet pożizzjoni is-sewwieq ta’ McLaren Lando Norris.
George Russell fuq Mercedes temm ir-raba’ filwaqt li Valtteri Bottas fuq Alfa Romeo spiċċa l-ħames.
Ġurnata diżappuntanti għall-Ferrari f’darhom, bil-leader tal-klassifika Charles Leclerc kellu jikkuntenta bis-sitt post filwaqt li Carlos Sainz irtira kmieni wara inċident li kellu ma’ Daniel Ricciardo.
Diżappunt ukoll għal Lewis Hamilton li temm il-Grand Prix tal-lum fit-tlettax -il post.
Bir-rebħa fl-Italja, Max Verstappen naqqas id-distakk ma’ Charles Leclerc għal 18-il punt.