Ryan Schembri, dak li kien is-sid tal-More Supermarkets, se jkun qed jitressaq il-Qorti għall-ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu.
Huwa se jkun qed jitressaq b’akkużi relatati ma’ frodi u ħasil ta’ flus fost oħrajn.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Schembri kien ġie arrestat fl-Iskoza, fil-fatt, kien irraportat li dan l-arrest sar wara mandat t’arrest maħruġ mill-Interpol.
Schembri kien issemma wkoll fil-każ ta’ qtil tal-Avukat Carmel Chircop hekk kif hu mifhum li l-Avukat li nqatel, kien sellef mat-tliet kwarti ta’ miljun ewro lil Schembri.
Schembri kien ħarab minn Malta meta s-Supermarkets tiegħu fallew u anki kellu negozju ma’ wieħed mill-aħwa tal-Maksar, Adrian Agius.
Dan tal-aħħar kien Direttur tal-More Supermarkets.