Minn tal-inqas għaxar persuni mietu filwaqt li għadha għaddejja t-tfittxija għal 16-il persuna oħra li kienu abbord dgħajsa tat-turisti u li għebet, fil-Ġappun.
Fost dawk fuq id-dgħajsa kien hemm żewġt itfal.
l-operazzjoni ta’ salvataġġ għadha għaddejja.
L-awtoritajiet Ġappuniżi qalu li tilfu l-kuntatt minn mad-dgħajsa wara li din bgħatet sinjal li kienet fil-periklu s-sibt wara nofsinhar.
F’dak il-ħin id-dgħjsa kienet għaddejja bi vjaġġ ta’ tliet sigħat madwar il-Peniżola ta’ Shiretoko, li hija sit wirt dinji tal-UNESCO u li hija popolari ferm mat-turisti.