L-immudellar għeni nsib lili nnifsi.
Dan kien kliem, Maxine Formosa Grupetta, ftit tas-sigħat wara li ġiet inkurunata bit-titlu ta’ Miss Universe Malta 2022.
Dan wara li s-sena li għaddiet kklassifikat fit-tielet post tal-konkors f’pajjiżna, bħala Miss San Ġiljan, u din is-sena ġiet magħżula biex iġorr isem Malta.
Maxine, li għandha wieħed u għoxrin sena, ser tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna fix-xhur li ġejjin f’wieħed mill-aktar konkorsi tas-sbuħija prestuġġjużi fid-dinja.
B’hekk Formosa Grupetta ser tkun qed tembarka fuq xhur ta’ ħidma, bl-għan aħħari jkun dak li toffri l-aqwa prestazzjoni għal pajjiżna.
Fil-fatt ser tkun qed tingħata taħriġ ġewwa l-Amerka bi preparazzjoni għal meta ser tkun qed tirrapreżenta l-bandiera Maltija.
Qalet, “In July, I am actually going to go and visit Houston, America for ten days. The lessons include etiquette, walking lessons, teach you how to do your hair and make up. How to answer interviews like this. So it’s going to be quite interesting.”
Lil hinn mix-xeni tal-konkors, Miss Universe, jiffoka ukoll fuq il-formazzjoni tal-karattru u tkabbir tal-personalità tat-tfajliet. Dan spjegah Alan Darmanin li ġab il-konkors f’pajjiżna għal dawn l-aħħar seba’ snin.
Qal, “Kompetizzjonijiet bħal dawn m’humiex qegħdin hemmhekk għall-isbuħija, iżda aħna l-aktar li nibnulhom lit-tfajliet huwa l-karattru u l-personalità li hija ħaġa imporanti.”
Apparti xogħol relatat mal-preżentazzjoni tal-ambaxxatriċi Maltija, Maxine Formosa ser tkun qed taħdem mill-qrib mas-Cystic Fibrosis Trust f’Malta.
Miss Universe Malta qaltilna wkoll esperjenza ta’ ħabiba tagħha li għandha s-Cystic Fibrosis u permezz tal-ħidma tagħha tixtieq tgħin lill-pazjenti filwaqt li tqajjem aktar għarfien.
Qalet, “Importanti għalija għax il-ħabiba tiegħi għandha s-Cystic Fibrosis u naf minn xiex tgħaddi. What I am hoping for is to let as many people know what Cystic Fibrosis is, as there isn’t a lot of awareness about it and kind of fundraise ideas to hopefully one day find a cure.”
Hija stqarret magħna kif minkejja l-eċitament tal-esperjenza li ser tkun qed tembarka fuqha, tinsab ottimista li esperjenza bħal din ser tkun qed tkabbarha aktar bħala individwa.
Fl-aħħarnett hija għalqet b’appell biex wieħed iħossu kunfidenti u ma jqabbilx lilu nnifsu ma’ ħaddieħor filwaqt li ħeġġet tfajliet oħra biex jipparteċipaw.