Fit-tieni jum ta’ kompetizzjoni, Thomas Wareing reġa’ stabbilixxa rekord ġdid, din id-darba fl-avveniment tal-100m Backstroke.
Il-ħin ta’ Wareing ta’ 59.69 għeleb ir-rekord preċedenti ta’ 59:74 hu stess stabbilixxa fl-2019 fil-Montenegro.
Illum ġew stabbiliti wkoll numru ta’ rekords tal-Easter Meet. Sasha Gatt għamlet ħin ta’ 17:31.50 fl-avveniment Open tal-1500m freestyle, Nirvana Micallef għamlet ħin ta’ 1:06.52 fl-avveniment tal-Grupp E 100m Butterfly. Michela Portelli stabbiliet rekord tal-Meet fil-100m Butterfly Heat fi Grupp D. Wara Portelli tejbet il-ħin tagħha stess fil-Finali. Il-ħin finali tagħha kien 1:06:03 meta mqabbel ma’ 1:06:66 fil-heat ta’ kwalifikazzjoni.
L-aħħar ġurnata tal-kompetizzjoni se tibda s-Sibt filgħodu fid-0900hrs.
Id-29 International Easter Meet, li hija avveniment uffiċjali ta’ kwalifikazzjoni tal-FINA, qed tospita 265 atleta li jirrappreżentaw ħdax-il Club li qed jikkompetu f’76 avveniment.
Riżultati Uffiċjali jistgħu jitniżżlu minn din il-link – https://live.swimrankings.net/33086/#
Aktar informazzjoni dwar l-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta – www.asaofmalta.eu