Raġel mill-Maċedonja inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għal akkużi ta’ traffikar ta’ tlettax-il kilo kannabis.
Fil-Qorti ntqal li uffiċjali tad-Dwana f’Ħal Luqa interċettaw pakkett indirizzat għall-imputat, liema pakkett allegatament kien fih tlettax-il kilo kannabis.
Ġie spjegat kif huwa qal lill-Pulizija, li huwa kien se jirċievi elf ewro sabiex jieħu l-pakkett u jagħtih lil persuna oħra li ma jafx.
Huwa kien arrestat barra d-dar tiegħu, wara li Pulizija liebes ta’ ħaddiem tal-posta tah il-pakkett.
Id-Difiża stqarret li l-imputat qatt ma kellu problemi mal-Pulizija u ilu jgħix f’Malta għal għaxar snin.