Raġel ta’ erbgħa u għoxrin sena nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li abbuża tifla ta’ ħmistax-il sena u li huwa riċediv.
Fil-Qorti nstema’ kif ġimagħtejn qabel li t-tfajla għalqet sittax-il sena, l-imputat kellu x’jaqsam mat-tifla li hija wkoll meqjusa vulnerabbli u ssofri minn mard.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intqal li l-ġenituri kienu rrappurtaw mal-Pulizija li binthom kellha s’taqsam ma’ raġel li ma tafx.
Il-Qorti ħarġet ordni ta’ divjett fuq isem l-imputat u l-vittma sabiex l-identità tal-vittma tiġi protetta.